Lyrics: Jason Xuereb
Music: Jason Xuereb
Mill-ġdid sibt ruħi nterraq fil-widien
Għax hawn kont sibt il-paċi w’din li jien,
Intbaħt kemm intlift fiċ-ċparijiet
Sakemm qajl qajl ħaduni magħhom il-mewġiet, dawk il-mewġiet.
Ġo baħar ikħal nir Mediterran
Sibt ruħi nofroq f’mewġ għoli w’bajdan,
Sakemm fil-qrib ilmaħt dik l-art
Lil hinn mill-imħabbiet li taru ma’ l-irjieħ, fiergħa bħall-irjieħ.
Sakemm fittixt u terraqt
Fil-fond tal-ħsieb u tal-qalb,
Emmint f’min jien mingħajr bżonn ta’ ħadd
Għax għaraft u fija sibt din li jien, jien mill-ġdid.
Il-ħajja vjaġġ b’kuraġġ fit-tlugħ u nżul,
Jew bħal twelid, tiġdid ta’ l-art u fjur,
Mergħat, mogħdijiet li jwassluk fil-qrib
Lejn triq, żerniq ta’ xemx il-ħajja mill-ġdid, ħajja mill-ġdid.
Sakemm fittixt u terraqt
Fil-fond tal-ħsieb u tal-qalb,
Emmint f’min jien mingħajr bżonn ta’ ħadd
Għax għaraft u fija sibt din li jien,
Sakemm emmint u rbaħt
Fil-fond tar-ruħ ix-xewqat,
Biex ktibt dal-kliem fis-skiet il-qalb
Għaraft u fija sibt din li jien, jien mill-ġdid.
Le dan mhux tmiem…
Dan vjaġġ dejjiem…
F’dan il-ħelsien...
Hawn jien sibt ruħi nterraq fil-widien,
Hawn jien f’dal-vjaġġ li donnu ma fihx tmiem,
Hawn jien mill-ġdid.