Jien Mill-Ġdid (Instrumental)

Music: Jason Xuereb Mill-ġdid sibt ruħi nterraq fil-widien Għax hawn kont sibt il-paċi w’din li jien, Intbaħt kemm intlift fiċ-ċparijiet Sakemm qajl qajl ħaduni magħhom il-mewġiet, dawk il-mewġiet.
Ġo baħar ikħal nir Mediterran Sibt ruħi nofroq f’mewġ għoli w’bajdan, Sakemm fil-qrib ilmaħt dik l-art Lil hinn mill-imħabbiet li taru ma’ l-irjieħ, fiergħa bħall-irjieħ.
Sakemm fittixt u terraqt Fil-fond tal-ħsieb u tal-qalb, Emmint f’min jien mingħajr bżonn ta’ ħadd Għax għaraft u fija sibt din li jien, jien mill-ġdid.
Il-ħajja vjaġġ b’kuraġġ fit-tlugħ u nżul, Jew bħal twelid, tiġdid ta’ l-art u fjur, Mergħat, mogħdijiet li jwassluk fil-qrib Lejn triq, żerniq ta’ xemx il-ħajja mill-ġdid, ħajja mill-ġdid.
Sakemm fittixt u terraqt Fil-fond tal-ħsieb u tal-qalb, Emmint f’min jien mingħajr bżonn ta’ ħadd Għax għaraft u fija sibt din li jien,
Sakemm emmint u rbaħt Fil-fond tar-ruħ ix-xewqat, Biex ktibt dal-kliem fis-skiet il-qalb Għaraft u fija sibt din li jien, jien mill-ġdid.
Le dan mhux tmiem… Dan vjaġġ dejjiem… F’dan il-ħelsien...
Hawn jien sibt ruħi nterraq fil-widien, Hawn jien f’dal-vjaġġ li donnu ma fihx tmiem, Hawn jien mill-ġdid.